Malti – Parlament Ewropew – Emenda 50 – Lif tal-paternità

Emenda 50 – Lif tal-paternità
Proposta għal Direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 1 a (ġdid)
Direttiva 92/85/KEE
Artikolu 8 a (ġdid)

Li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu – A7-0032/2010

http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+REPORT+A7-2010-0032+0+DOC+XML+V0//MT

Emenda
1a. L-Artikolu 8a li ġej qed jiddaħħal:
“Artikolu 8a
Lif tal-paternità

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema li s-sieħba tagħhom tkun welldet reċentement ikollhom id-dritt għal perjodu ta’ lif tal-paternità mhux trasferibbli, u li jkun imħallas bis-sħiħ, ta’ mhux inqas minn ġimagħtejn, li għandu jittieħed wara li l-mara jew is-sieħba tagħhom tkun welldet matul il-perjodu ta’ lif tal-maternità;

L-Istati Membri li għadhom ma introduċewx lif tal-paternità mħallas bis-sħiħ u li mhux trasferibbli li għandu jittieħed b’mod obbligatorju matul il-perjodu ta’ lif tal-maternità għal perjodu kontinwu ta’ mill-inqas ġimagħtejn wara l-ħlas tal-mara jew l-imsieħba tal-ħaddiem huma mħeġġa bis-saħħa li jimplimentaw dan il-lif sabiex jippromwovu parteċipazzjoni indaqs taż-żewġ ġenituri fis-sejba ta’ bilanċ bejn id-drittijiet u r-responsabilitajiet familjari.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema li s-sieħba tagħhom tkun welldet reċentement jingħataw perjodu ta’ lif speċjali inkluż il-porzjon mhux użat tal-lif tal-maternità fil-każ tal-mewt jew l-inkapaċità fiżika tal-omm.”

—————————–

Għal aktar informazzjoni :

——————————

Dibattitu konġunt – Kundizzjonijiet ta’ xogħol għan-nisa

It-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu
Rapport: Edite Estrela (A7-0032/2010)
It-tieni rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu
[COM(2008)0637 – C6-0340/2008 – 2008/0193(COD)]
Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
Il-votazzjoni se ssir l-Erbgħa

Ħaddiema nisa prekarji
Rapport: Britta Thomsen (A7-0264/2010)
Rapport dwar ħaddiema nisa prekarji
[2010/2018(INI)]
Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

Advertisements
This entry was posted in 92/85/EEC, Amendment 50, Amendment 50 (Council Directive 92/85/EEC), At least two weeks, Council Directive 92/85/EEC, European Parliament, Fully paid, Malti, Non-transferable, Non-transferable fully paid paternity leave of at least two weeks, Paternity leave. Bookmark the permalink.

One Response to Malti – Parlament Ewropew – Emenda 50 – Lif tal-paternità

  1. John Zammit says:

    F’Malta l-Ghaqda ghad-Drittijiet ta’ l-Irgiel tiehu hsieb il-problemi ta’ l-Irgiel u kienet hi li gabet it-tnehhija ta’ l-Impediment fuq is-safar, mexxiet kampanja biex jiddahhal id-divorzju u anke biex twaqqfet il-qorti tal-familja u saret il-medjazzjoni. Kull taghrif jista’ jingieb minn http://www.freewebs.com/mensrightsmalta

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s